27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel (Il-Belġju) fil-11 ta’ Diċembru 2009 — RTL Belgium SA (li qabel kienet TVI SA) vs Conseil supérieur de l’audiovisuel
(Kawża C-517/08)
2010/C 51/30
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RTL Belgium SA (li qabel kienet TVI SA)
Konvenut: Conseil supérieur de l’audiovisuel
Domanda preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ “stħarriġ effettiv kemm fl-għażla ta’ programmi kif ukoll fl-organizzazzjoni tagħhom” taħt l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri, dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1) (direttiva “servizzi tal-midja awdjoviżiva”) jista’ jiġi interpretat fis-sens li kumpannija stabbilita fi Stat Membru u awtorizzata permezz ta’ liċenzja mill-Gvern tal-Istat Membru biex tipprovdi servizz tal-midja awdjoviżiva, effettivament teżerċita tali stħarriġ, minkejja li hija tiddelega, bil-fakultà ta’ subdelega, lil kumpannija terza stabbilita fi Stat Membru ieħor, bi ħlas ta’ somma indeterminata li tikkorrispondi mat-total tad-dħul mill-bejgħ ta’ pubbliċità magħmul mix-xandir ta’ dan is-servizz, it-twettiq u l-produzzjoni tal-programmi kollha ta’ dan is-servizz, il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-iskeda tal-programmi kif ukoll is-servizzi finanzjarji, legali, ta’ riżorsi umani, ta’ ġestjoni ta’ infrastruttura u servizzi oħra relatati mal-persunal, u minkejja li jirriżulta li huwa fis-sede tal-kumpannija terza li qed jiġi deċiż u jitwettaq l-assemblaġġ tal-programmi, it-tħassir eventwali tagħhom u t-tibdil fl-iskeda tal-programmi minħabba ġrajjiet kurrenti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 89/552KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p.23).
Full & Egal Universal Law Academy