27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Wuppertal (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2009 — Dieter May vs AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse
(Kawża C-519/09)
2010/C 80/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgerichts Wuppertal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dieter May
Konvenut: AOK Rheinland/Hamburg — Die Gesundheitskasse
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 2003/88/KE (li jikkorrispondi għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/104/KE) […] (1) ikopri anki impjegat suġġett għal regoli applikabbli għal uffiċjali (Dienstordnungsangestellter) f’korp irregolat mid-dritt pubbliku li r-regoli awtonomi tiegħu, maħruġa fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni federali [Artikolu 351 tar-Reichsversicherungsordnung (Kodiċi dwar l-assigurazzjoni soċjali nazzjonali)], jirreferu, fir-rigward tal-intitolament tal-leave ta’ tali impjegat, għad-dispożizzjonijiet applikabbli għal uffiċjali pubbliċi [f’dan il-każ l-Artikolu 101 tal-Landesbeamtengesetz NW (Liġi dwar l-uffiċjali pubbliċi fil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen)] flimkien mal-Verordnung über den Erholungsurlaub der Beamtinnen und Beamten und Richterinnen und Richter im Lande Nordrhein-Westfalen (Regolamenti dwar il-leave ta’ uffiċjali pubbliċi u ta’ mħallfin fil-Land ta’ Nordrhein-Westfalen)?
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)
Full & Egal Universal Law Academy