13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus vs Veterinaar- ja Toiduamet
(Kawża C-523/09)
2010/C 63/42
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus
Konvenuta: Veterinaar- ja Toiduamet
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li imprenditur jintalab, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, ir-rati minimi tat-tariffi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, anki meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq?
(2)
Fil-kundizzjonijiet imsemmija fid-domanda preċedenti, Stat Membru għandu dritt li jintroduċi, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, tariffi inqas mir-rati minimi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(6) ta’ dan ir-regolament?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.
Full & Egal Universal Law Academy