27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/21
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-526/09)
2010/C 51/33
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li billi ppermettiet il-ħruġ tal-ilma industrijali mormi tal-impjant industrijali, li jinsab fiż-żona ta’ Matosinhos, “Estação de Serviço Sobritos” mingħajr awtorizzazzjoni regolari, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (1), tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Sal-ġurnata preżenti, ir-Repubblika Portugiża għadha ma informatx lill-Kummissjoni dwar jekk il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-impjant industrijali “Estação de Serviço Sobritos” ġietx konkluża.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26
Full & Egal Universal Law Academy