13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-527/09)
2010/C 63/43
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/43/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 157, p. 87.
Full & Egal Universal Law Academy