27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/22
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-531/09)
2010/C 51/35
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u M. Teles Romão, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma implementatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 157, p. 8
Full & Egal Universal Law Academy