27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/23
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-538/09)
2010/C 51/38
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u M. A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi l-leġiżlazzjoni Belġjana ma timponix għal ċerti attivitajiet studju tal-implikazzjonijiet ambjentali xierqa meta dawn l-attivitajiet jistgħu jaffettwaw sit Natura 2000 u billi tissuġġetta ċerti attivitajiet għal sistema ta’ dikjarazzjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1),
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni motiv wieħed insostenn tar-rikors tagħha bbażat fuq traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE (direttiva “habitat”)
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva li din id-dispożizzjoni titlob li l-pjanijiet jew proġetti kollha li mhumiex marbuta direttament jew li mhumiex meħtieġa fit-tmexxija ta’ sit Natura 2000 ikunu s-suġġett ta’ studju tal-implikazzjonijiet ambjentali xierqa. Il-leġiżlazzjoni Belġjana mhijiex konformi mad-dritt Komunitarju safejn din ma timponix it-tali studju tal-implikazzjonijiet b’mod sistematiku u tipprevedi sempliċiment sistema ta’ dikjarazzjoni għal ċerti attivitajiet li jistgħu jaffettwaw sit Natura 2000.
Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, għall-pjanijiet u proġetti kollha li mhumiex suġġetta għal permess ambjentali fir-reġjuni tal-Vallonja.
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 02 p. 102
Full & Egal Universal Law Academy