13.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Varese, tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Siddiquee Mohammed Mohiuddin vs Azienda Sanitaria Locale Provincia di Varese
(Kawża C-541/09)
2010/C 63/49
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Varese, l-Italja.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Siddiquee mohammed Mohiuddin.
Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale Provincia di Varese.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, jikkostitwixxu dritt suġġettiv tal-persuni kkonċernati li jkunu suġġetti, fir-rigward tal-prodotti tal-ikel u x-xorb, għal kontrolli magħmula biss minn impjegati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet hemm elenkati, u jistgħu dawn jiġu invokati f’kawża u jkunu opponibbli fil-konfront tal-pretensjonijiet ta’ sanzjoni tal-Istati Membri?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, id-Direttiva 2000/13/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel tikkonċerna, fil-kuntest tas-sistema Komunitarja ta’ regolamentazzjoni ta’ tikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel u xorb, l-aspetti sanitarji?
(3)
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (3), tas-27 ta’ Lulju 1976, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi u l-emendi sussegwenti tagħha, u regoli Komunitajri oħra rilevanti, jipprekludu Stat Membru milli jkun jista’ jiddisintgwi bejn ir-responsabbiltajiet tal-operaturi fil-qasam bl-esklużjoni tan-negozjant minħabba l-attività tiegħu?
(4)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva u l-emendi sussegwenti tagħha għandhom jinftiehmu fis-sens li joħolqu responsabbiltà in solidum bejn il-produttur tal-prodott kosmetiku u s-sempliċi negozjant li ma jintervjenix fl-istadji ta’ produzzjoni, ippakkjar u tikkettjar tal-prodott kosmetiku?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45 p. 200.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5 p. 75.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 3 p. 285.
Full & Egal Universal Law Academy