27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Diċembru 2009 — Andreas Michael Seeger vs Generalstaatsanwaltschaft Stuttgart
(Kawża C-554/09)
2010/C 80/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andreas Michael Seeger
Konvenuta: Generalstaatsanwaltschaft Stuttgart
Domandi preliminari
Il-kunċett ta’ “materjal” li jinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll materjal użat għall-ippakkjar, bħall-fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant fl-inbejjed u x-xorb li jmexxi maħżen u li darba fil-ġimgħa jipprovdi kunsinna lill-klijenti tiegħu filwaqt li jiġbor il-flixkien il-vojta biex jagħtihom lura lill-grossista tiegħu?
(1) ĠU L 102, p.1
Full & Egal Universal Law Academy