Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Awwissu 2010 – Artisjus vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-32/09 P(R))
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Tmiem ta’ prattika mifthiema – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni”
1. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insufficienti (ara l-punt 17)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punt 31)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punt 33)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Is-Seba’ Awla), tal-14 ta’ Novembru 2008, fil-Kawża T-411/08 R, Artisjus Magyar Szerzöi Jogvédö Iroda Egyesület vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li jiċħad talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/C2/38.698 – CISAC), li jirrigwarda akkordju fil-kuntest tal-kundizzjonijiet tal-amministrazzjoni tad-drittijiet ta’ eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali, kif ukoll tal-għoti tal-liċenzji korrispondenti mis-soċjetajiet għal-amministrazzjoni kollettiva dwar l-użu, fil-ftehim ta’ rappreżentanza reċiproka, tar-restrizzjonijiet ta’ sħubija inklużi fil-kuntratt mudell tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet ta’ Awturi u Kompożituri (“il-kuntratt tip tas-CISAC”) jew fuq l-applikazzjoni de facto ta’ dawn ir-restrizzjonijiet ta’ sħubija – Neċessità li jiġu pprovati ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza.
Dispożitiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy