Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2010 – SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża C-39/09 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana – Sistema ta’ importazzjoni fil-Komunità ta’ banana li toriġina minn pajjiżi AKP – Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti – Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni – Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat”
1. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta’ importazzjonijiet - Kwota tariffarja - Installazzjoni u allokazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 404/93, Artikolu 19) (ara l-punti 38-40)
2. Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Supremazija fuq l-għanijiet tat-Trattat fil-qasam tal-kompetizzjoni (Artikolu 36 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 404/93) (ara l-punti 47, 48)
3. Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta’ importazzjonijiet - Emenda tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji - Nuqqas ta’ miżuri intiżi sabiex jiżguraw il-vijabbiltà tal-produtturi AKP independenti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 404/93, kif emendat bir-Regolament Nru 1637/98, u Nru 856/1999; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2362/98 u Nru 896/2001) (ara l-punti 68-74)
4. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dispożizzjoni li ma għandhiex effett dirett (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 78,79)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) tat-13 ta’ Novembru 2008, SPM vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T‑128/05) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għad-danni tar-rikorrenti intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu subit minnha minħabba l-leġiżlazzjoni allegatament illegali adottata mill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Banana li toriġina minn pajjiżi AKP - Dannu allegatament imġarrab minn produttur indipendenti - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni? - Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Société des plantations de Mbanga SA (SPM) hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy