Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Lulju 2009 – Hasbro Enercon u UASI
(Kawża C‑59/09 P)
“Appell – ‘Deċiżjoni’ tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tinsab f’ittra tar-Reġistratur tagħha – Rifjut li tawtorizza lir-rikorrenti tkun irrappreżentata matul is-seduta minn ‘Trade Mark and Design Litigator’ – Deċiżjoni li tista’ tiġi appellata – Appell manifestement inammissibbli”
Appell - Deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 56) (ara l-punti 7, 8)
Suġġett
Appell mid-“deċiżjoni” tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li tinsab fl-ittra tar-Reġistratur tagħha, li ma tawtorizzax lir-rikorrenti tkun irrappreżentata minn “Trade Mark and Design Litigator” matul is-seduta għat-trattazzjoni – Deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Hasbro Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy