Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Jannar 2010 – Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)
(Kawża C‑68/09 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Servizz pubbliku – Kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat – Xoljiment”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 46, 47, 62)
2. Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 55, 56)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2008, Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (T-471/04) - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Ċaħda ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li xxolji l-kuntratt tal-appellant bħala membru tal-persunal temporanju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Abbuż ta’ poter - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
G. Karatzoglou huwa kkundannat għall ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy