Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 –Bateaux mouches vs UASI
(Kawża C‑78/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES – Reġistrazzjoni miċħuda – Nuqqas ta’ karattru distintiv”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 21)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tal‑10 ta’ Diċembru 2008, Bateaux mouches vs UASI (T‑365/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra d-deċiżjoni tal‑Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2006, dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali “BATEAUX MOUCHES” – Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) - Interpretazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ karattru distintiv.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy