Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2010 – Mergel et vs UASI
(Kawża C‑80/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(ċ) – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Trade mark verbali Patentconsult – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 25)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 37)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It‑Tieni Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2008, Mergel et vs UASI (T‑335/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2007, li tiċħad l-appell mid‑deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja “Patentconsult” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 - Karattru distintiv ta’ trade mark li tikkonsisti esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
V. Mergel, K. Kampfenkel, B. Bill u A. Herden huma kkundannati għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy