Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 – Portela vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑85/09 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Talba għall-kumpens tad-dannu subit minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tad-Direttiva 93/42/KEE – Nuqqas ta’ rabta kawżali bejn l-ommissjonijiet allegati u d-dannu subit mir-rikorrenti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ termometri diġitali difettużi – Appell manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Motivazzjoni impliċita tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (ara l-punti 31, 32)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ wieħed mir-rekwiżiti - Ċaħda tar-rikors għad-danni fit-totalità tiegħu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 34)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009, Portela vs Il‑Kummissjoni (T‑137/07), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament infondata fid-dritt, talba intiża, b’mod prinċipali, sabiex il-Kummissjoni tiġi obbligata li taġixxi b’mod konformi mal-Artikolu 14b tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 319), billi tordna lill-kumpannija ta’ ċertifikazzjoni TÜV Rheinland Product Safety GmbH, permezz tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tinvoka, favur ir-rikorrenti, l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili prevista fil-punt 6 tal-Anness XI tad-Direttiva 93/42, konkluża mill-imsemmija kumpannija u, jekk l-allegat dannu ma jistax jiġi kkumpensat permezz tat-talba prinċipali, sussidjarjament, talba għal kumpens tad-dannu li r-rikorrenti subiet minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Portela – Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy