Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2010 – Kronoply vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-117/09 P)
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Talba għal għajnuna intiża sabiex tbiddel għajnuna preċedentement mogħtija lill-impriża benefiċjarja u nnotifikata lill-Kummissjoni wara l-eżekuzzjoni sħiħa tal-proġett ta’ investiment – Kriterji tal-effett ta’ inċentiv u tan-neċessità”
1. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 32-34)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni tal-legalità skont elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 87 KE) (ara l-punt 40)
3. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja - Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 52)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali), tal-14 ta’ Jannar 2009, Kronoply vs Il-Kummissjoni (T‑162/06) - Kronoply vs Il‑Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/262/KE, tal-21 ta’ Settembru 2005, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni li tagħti lir-rikorrenti (ĠU L 94, p. 50) - Proġett ta’ għajnuna intiż sabiex ibiddel għajnuna preċedentement mogħtija lill-impriża benefiċjarja, innotifikat lill-Kummissjoni wara l-eżekuzzjoni sħiħa tal-proġett ta’ investiment permezz tal-għajnuna inizjalment awtorizzata - Evalwazzjoni żbaljata tal-effett ta’ inċentiv u tan-neċessità tal-għajnuna kkontestata.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Kronoply GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy