Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 – Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon vs Divani Akropolis Anonimi Xenodocheiaki kai Touristiki Etaireai
(Kawża C-136/09)
“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3 – Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ – Xogħlijiet imxandra permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar ta’ lukanda”
Approssimazzjoni tal-liġijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29 (Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 3(1)) (ara l-punt 43 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Areios Pagos - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Xogħlijiet imxandra permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar ta’ lukanda u konnessi mal-antenna ċentrali tal-lukanda mingħajr ebda intervent ieħor min-naħa tal-lukanda sabiex is-sinjal jiġi rċevut mill-klijenti.
Dispożittiv
Il-lukandier, meta jinstalla s-settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda tiegħu u meta jagħmel il-konnessjoni ta’ dawn is-settijiet mal-antenna ċentrali installata fl-istess lukanda, jagħmel, b’dan il-fatt biss, att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy