Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 – Iride u Iride Energia vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑150/09 P)
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju tagħha jirrimborsa għajnuna preċedenti ddikjarata illegali – Kompatibbiltà mal-Artikolu 87(1) KE – Żbalji ta’ liġi – Żnaturament tal-argument tar-rikorrenti – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata – Deċiżjoni f’kuntest magħruf għad-destinatarju (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 21-24)
2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 32)
3. Appell - Aggravji - Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Motivazzjoni insuffiċjenti tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 36 u 53(1)) (ara l-punt 42)
4. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà - Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 65-67)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissuġġetta l-awtorizzazzjoni li titħallas għajnuna għar-rimbors minn qabel mill-impriża kkonċernata ta’ għajnuna li preċedentement tkun irċeviet illegalment (ara l-punti 70, 71)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Frar 2009, Iride SpA u Iride Energia SpA (T‑25/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni 2006/941/KE, tat-8 ta’ Novembru 2006, rigward l-għajnuna mill‑Istat C 11/06 (ex N 127/05) li r-Repubblika Taljana għandha intenzjoni teżegwixxi favur AEM Torino (ĠU L 366, p. 62) taħt forma ta’ sussidji intiżi li jirrimborsaw l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati fis-settur tal-enerġija, sa fejn, minn naħa, tipprovdi li din hija għajnuna mill-Istat u sa fejn, min-naħa l-oħra, tissuġġetta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni għall-kundizzjoni li AEM Torino tirrimborsa l-għajnuna illegali preċedenti li ngħatat fil-kuntest ta’ skema favur impriżi magħrufa bħala “muniċipalizzati”.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Iride SpA u Iride Energia SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy