Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tas‑17 ta’ Settembru 2009 – Canon Kabushiki Kaisha vs IPN Bulgaria
(Kawża C‑181/09)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Neċessità li jingħataw dettalji suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 234 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 20) (ara l-punti 8-11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3)(b) u (ċ) tal-Ewwel Direttiva tal‑Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) - Kunċetti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni ta’ merkanzija bi trade mark - Merkanzija oriġinali jew merkanzija ffalsifikata?
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad, permezz tad‑deċiżjoni tat-13 ta’ April 2009, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy