Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 – Michalias vs Ioannou-Michalia
(Kawża C‑312/09)
“It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Regolament (KE) Nru 1347/2000 – Artikoli 2, 42 u 46 – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni f’materji matrimonjali – Adeżjoni ta’ Stat mal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ divorzju mibdija qabel l-adeżjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000”
1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 1347/2000 (Att ta’ Adeżjoni tal-2003; Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000, Artikoli 2, 42(1) u 46) (ara l-punti 25, 26 u d-dispożittiv)
2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 1347/2000 (Att ta’ Adeżjoni tal-2003; Regolament tal-Kunsill Nru 1347/2000, Artikolu 42(2)) (ara l-punti 27, 28)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Anotato Dikastirio Kyprou – Ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru (Ċipru) sabiex jinterpretaw u japplikaw l-Artikoli 2(1), 42 u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209) – Proċeduri ta’ divorzju mibdija mir-raġel quddiem il-qrati Ċiprijotti wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament iżda qabel ma Ċipru sar Stat Membru – Proċeduri ta’ divorzju mibdija mill-mara wara l-1 ta’ Mejju 2004 quddiem il-qrati ta’ Stat Membru ieħor (ir-Renju Unit) li matul il-perijodu kollu rilevanti kien Stat Membru – Ċittadinanza Ċiprijotta miżmuma miż-żewġ konjuġi li iżda għandhom ir-residenza permanenti tagħhom fir-Renju Unit.
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar il‑ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi, ma huwiex applikabbli għal kawża ta’ divorzju mibdija quddiem qorti ta’ Stat qabel ma dan tal‑aħħar sar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy