Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2010 – UASI vs Frosch Touristik
(Kawża C-332/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7 - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 41, 47)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tat-3 ta’ Ġunju 2009, Frosch Touristik vs UASI - DSR touristik (FLUGBÖRSE) (T‑189/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal‑Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mill‑proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “FLUGBÖRSE” fir-rigward tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali ta’ din it-trade mark - Determinazzjoni tad-data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy