Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Novembru 2009 – Noël vs SCP Brouard Daude, stralċjarju fil-proċedura ta’ stralċ ġudizzjarju ta’ Pronuptia Boutiques Province et Centre de Gestion et d’Étude AGS IDF EST
(Kawża C-333/09)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali – Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi – Prinċipju ta’ trattament ugwali – Tkeċċija minħabba raġunijiet ekonomiċi – Nuqqas ta’ rabta mad-dritt Komunitarju –Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domanda magħmula fil-kuntest ta’ kawża dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Dritt Komunitarju – Esklużjoni (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 10-13)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Conseil de Prud’hommes de Caen (Franza) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Ftehim Internazzjonali fuq id-Drittijiet Ċivili u Politiċi - Tkeċċija minħabba raġunijiet ekonomiċi - Tkeċċija minħabba raġuni personali - Dispożizzjonijiet nazzjonali preżunti kuntrarji għar regoli ċċitati iktar ’il fuq - Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Conseil de Prud’hommes de Caen permezz tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2009.
Full & Egal Universal Law Academy