Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2011 – Il-Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group et
(Kawża C‑337/09 P-R)
“Appell – Proċedura għal miżuri provviżjori – Talba għal miżuri provviżorji – Effet sospensiv tal-appell ippreżentat kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali – Dumping – Importazzjonijiet tal-glifosat li joriġina miċ-Ċina – Proċedura ta’ eżami mill-ġdid – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sentenza tal-Qorti Ġenerali li hija s-suġġett għal appell (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 60; Regolament tal-Kunsill Nru 1683/2004 u Nru 126/2010) (ara l-punti 39-49)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) (li saret “il-Qorti Ġenerali”), tas-17 ta’ Ġunju 2009, Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group vs Il-Kunsill (T-498/04), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat, għal dak li jirrigwarda lil Zheijiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd., l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004, tal-24 ta’ Settembru 2004, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ glyphosate li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 333M, 11.12.2008, p. 19) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10 p. 45) - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżjori ppreżentata minn Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy