Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 – Guedes – Indústria e Comércio vs UASI
(Kawża C‑342/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) u (5) – Trade mark figurattiva Gallecs – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali GALLO, GALLO AZEITE NOVO u Azeite Novo kif ukoll tat-trade mark figurattiva Komunitarja GALLO – Ċaħda tal-oppożizzjoni – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 20)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l‑punt 21)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (It‑Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Victor Guedes-Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T‑151/08), li permezz tagħha l‑Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali “GALLO”, “GALLO AZEITE NOVO”, “GALLO AZEITE” u tat-trade mark figurattiva Komunitarja “GALLO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 31, kontra d-deċiżjoni R 986/2007‑2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Jannar 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-appellant kontra l‑applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Gallecs”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 35 - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispositif
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Victor Guedes – Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy