Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 – CPEM vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑350/09 P)
“Appell – Fond Soċjali Ewropew – Għajnuna finanzjarja – Kanċellament”
1. Appell - Aggravji - Talbiet li ma huma sostnuti b’ebda aggravju speċifiku - Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 33-36)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament - Kwalifika ġuridika tal-fatti - Ammissibbiltà (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 40-44)
3. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti - Ammissibbiltà - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Motivazzjoni impliċita tal-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 51)
4. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 72)
5. Dritt Komunitarju - Prinċipji - Drittijiet tad-difiża - Applikazzjoni għal kull proċedura mibdija kontra persuna u li tista’ twassal għal att li jikkawżalha preġudizzju - Prinċipju li jrid jiġi żgurat anki fin-nuqqas ta’ kull regola dwar il-proċedura inkwistjoni - Portata (ara l-punti 75-79)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2009, CPEM vs Il-Kummissjoni (T-444/07) li permezz tagħha l-Qorti tal‑Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tikkanċella l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) permezz tad-Deċiżjoni C(1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999 - Mikroproġetti li jiffavorixxu l-impjieg u l-koeżjoni soċjali - Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kunċett ta’ “responsabbiltà in solidum ” - Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li jirriżulta mill-eżistenza ta’ diversi verżjonijiet differenti tal-“gwida ta’ promotur” - Dubji fir-rigward tal-applikabbiltà tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74) li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni tal-OLAF.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy