Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 – Perfetti Van Melle vs UASI
(Kawża C‑353/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CENTER – Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni”
Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 40)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (It‑Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009, Perfetti Van Melle vs UASI - Cloetta Fazer (T‑16/08), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill‑proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “CENTER SHOCK”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 149/2006-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal‑Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-appell mid‑deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tilqa t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark imressqa mill‑proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti “CENTER” u “CLOETTA CENTER”, għal prodotti, inter alia , fil-klassi 30 – Ksur tal‑Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Perfetti Van Melle SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy