Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 – DSV Road vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑358/09 P)
“Appell – Kodiċi Doganali – Importazzjoni ta’ disketti mit-Tajlandja – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Talba għal remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni”
1. Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 45, 46)
2. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 - Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b)) (ara l-punti 47-52, 58, 59)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti regolarment - Inammissibbiltà ħlief fil-każ ta’ żnaturament - Obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva l-evalwazzjoni tal-provi - Portata (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 68, 69)
4. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita bl-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità - Sitwazzjoni partikolari - Kunċett - Ħruġ ta’ ċertifikati żbaljati min-naħa tal-awtoritajiet doganali abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ineżatti mill-esportatur, mingħajr l-obbligu għal dawn l-awtoritajiet li jivverifikaw il-validità tagħhom - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 904(c)) (ara l-punti 79-83)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali), tat-8 ta’ Lulju 2009, DSV Road vs Il-Kummissjoni (T‑219/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ April 2007, li tindika lill-awtoritajiet Belġjani li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni fuq disketti mit-Tajlandja huwa ġġustifikat u li l-għoti ta’ remissjoni fuq dawn id-dazji ma huwiex iġġustifikat (Fajl REC 05/02).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
DSV Road NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy