Digriet tal-Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal-5 ta’ Frar 2010 – Molter vs Il‑Ġermanja
(Kawża C‑361/09 P)
“Appell – Rikors ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra Stat Membru – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali”
Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż li jiġi kkonstatat ksur tad-dritt Komunitarju minn Stat Membru - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Inammissibbiltà (Artikoli 225 KE et seq.; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punti 4-6)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It‑Tmien Awla), tat-12 ta’ Awwissu 2009, fil-Kawża Molter vs Il‑Ġermanja (T‑141/09), li permezz tagħha dik il-qorti ċaħdet, minħabba nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni, ir-rikors intiż għall-ksib ta’ deċiżjoni preliminari fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar il‑projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u, sussidjarjament, għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba l-ksur mill-qrati Ġermaniżi tal-obbligu li jressqu domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
H. Molter għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy