Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 – Hârsulescu vs Ir-Rumanija
(Kawża C‑374/09 P)
“Appell – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali biex teżamina rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn qrati nazzjonali, għall-kumpens għad-danni kkawżati minn awtoritajiet nazzjonali u għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet – Appell manifestament infondat”
Proċedura – Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika intiż għall-annullament ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn qrati nazzjonali, għall-kumpens għad-danni kkawżati minn awtoritajiet nazzjonali u għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikoli 225 KE et seq u 140 A KEEA et seq; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 119) (ara l-punti 7-9, 12)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (Is‑Sitt Awla), tat-22 ta’ Lulju 2009, Constantin Hârsulescu vs Ir‑Rumanija (T‑234/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina r-rikors ippreżentat mir-rikorrent intiż għall-annullament ta’ żewġ sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali kif ukoll għall-kumpens għad-danni - Kontestazzjoni tal-metodu tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni ta’ rtirar - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
C. Hârsulescu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy