Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2010 – Saenz Morales vs Consejería para la Igualdad y Bienestar Social
(Kawża C‑389/09)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà”
Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Inammissibbiltà (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 9-20)
Suġġett
Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) - Kamp ta’ applikazzjoni - Servizz pubbliku tal-amministrazzjoni tal-Junta de Andalucía - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n°3 de Almería, permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2009, hija manifestament inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy