Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tat‑12 ta’ Frar 2010 – Municipio de Barcelos vs Estado Português
(Kawża C‑408/09)
“Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”
Domandi preliminari - Rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja - Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 234 KE - Kunċett - Determinazzjoni bis-saħħa ta’ kriterji strutturali u funzjonali - Entità komunali - Nuqqas ta’ natura ġudizzjarja (Artikolu 234 KE) (ara l-punti 4-11)
Suġġett
Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) - Domanda mhux magħmula minn qorti - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma tistax tirrispondi d-domanda magħmula mill-Município de Barcelos minħabba nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy