Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2010 – Royal Appliance International vs UASI
(Kawża C-448/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark preċedenti ‘sensixx’ – Sinjal verbali ‘Centrixx’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Talba għar-revoka ta’ trade mark preċedenti – Kawża pendenti quddiem il-qrati nazzjonali – Talba għas-sospensjoni tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell - Annullament jew bdil għal raġunijiet li tfaċċaw wara li ngħatat id-deċiżjoni - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punti 43, 44)
2. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 77)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) (li saret il-Qorti Ġenerali), tal-15 ta’ Settembru 2009, Royal Appliance International vs UASI‑BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (T‑446/09), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Centrixx” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 7, filwaqt li tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “sensixx” - Nuqqas ta’ sospensjoni tal-proċedura sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-kawża quddiem il-qrati nazzjonali dwar it-talba għar-revoka tat-trade mark preċedenti - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Royal Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy