Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 – The Wellcome Foundation vs UASI
(Kawża C‑461/09 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali FAMOXIN – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali LANOXIN – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità”
Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 21)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tat-23 ta’ Settembru 2009, GlaxoSmithkline-Laboratórios Wellcome de Portugal-The Wellcome Foundation vs UASI (T‑493/07, T‑26/08, T‑27/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “LANOXIN”, għall-prodotti fil-klassi 5, mid-Deċiżjoni R 8/2007-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-14 ta’ Settembru 2007, li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata mir-rikorrenti għal dak li jirrigwarda t-trade mark verbali Komunitarja “FAMOXIN”, għall-prodotti u servizzi fil-klassi 5.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
The Wellcome Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy