Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Agricola Esposito vs Agenzia delle Entrate – Ufficio di Taranto 2
(Kawża C‑492/09)
“Artikoli 92(1), 103(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE – Taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva – Inammissibbiltà parzjali – Domandi li r-risposta għalihom ma tagħti lok għal ebda dubju raġjonevoli”
1. Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domanda li ma tagħti ebda informazzjoni dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tagħtix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 21-26 u d-dispożittiv 1)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Awtorizzazzjoni u qafas regolatorju - Direttivi 2002/20 u 2002/21 (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20 u 2002/21) (ara l-punti 35, 36, 38, 40-44 u d-dispożittiv 2)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria provinciale di Taranto - Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), u tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) - Taxxa ta’ awtorizzazzjoni mill-Gvern imposta fil-każ ta’ kuntratt ta’ abbonament telefoniku - Taxxa mhux applikabbli fil-każ ta’ karta telefonika mħallsa bil-quddiem - Ammissibbiltà.
Dispożittiv
1)
Il-parti tar-raba’ domanda dwar id-Direttiva 2002/77/KE tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll is-sitt domanda, huma inammissibbli.
2)
Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Awtorizzazzjoni”), u d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru”) ma jipprekludux taxxa bħalma hija t-taxxa ta’ awtorizzazzjoni governattiva.
Full & Egal Universal Law Academy