Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 – Thomson Sales Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-498/09 P)
“Appell – Kodiċi Doganali – Maħfra ta’ dazju doganali – Nuqqas ta’ rkupru a posteriori – Dazji antidumping – Nuqqas ta’ negliġenza manifesta – Kumplessità tal-leġiżlazzjoni – Esperjenza professjonali – Diliġenza tal-operatur – Settijiet tat-televiżjoni bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja – Atti li jistgħu jiġu kkontestati”
1. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 81-84)
2. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239, Nru 710/95, Nru 2584/98, u Nru 1531/2002; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2454/93 u Nru 2376/94) (ara l-punti 99-103, 107-109, 114, 115, 118-135)
3. Proċedura - Miżuri istruttorji - Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(3)(d)) (ara l-punti 137, 138)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”), tad-29 ta’ Settembru 2009, Thomas Sales Europe vs Il‑Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑225/07 u T‑364/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM Nru 03/05, tas-7 ta’ Mejju 2007, li tindika lill-awtoritajiet Franċiżi li ma kienx iġġustifikat li tingħata maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq ir-riċevituri tat-televiżjonijiet bil-kulur iffabbrikati fit-Tajlandja kkonċernati mit-talba tagħhom tal-14 ta’ Settembru 2005, kif ukoll l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal‑20 ta’ Lulju 2007, li ma tikkonfermax il-kisba tal-benefiċċju tan-nuqqas ta’ rkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-imsemmija riċevituri - Proċedura relatata mat-talba għal maħfra ta’ dazji mitluba abbażi tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali kif ukoll dik relatata man-nuqqas ta’ rkupru a posteriori tal-imsemmija dazji abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tal-imsemmi kodiċi - Nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Żball ta’ kwalifikazzjoni legali tal-fatti.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Thomson Sales Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy