Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2010 – Goldman Management vs Il-Kummissjoni u Il-Bulgarija
(Kawża C‑507/09 P)
“Appell – Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Astensjoni tal-Kummissjoni milli tippreżenta rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Bulgarija – Astensjoni tal-Gvern Bulgaru milli jieħu azzjoni fil-kuntest ta’ kawża taħt id-dritt nazzjonali – Kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba dawn l-astensjonijiet – Inammissibbiltà manifesta tal-appell”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Arikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 11-13)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali), tas-16 ta’ Novembru 2009, Goldman Management vs Il‑Kummissjoni u Il‑Bulgarija, li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors intiż, minn naħa, sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni illegalment astjeniet milli kontra l-Bulgarija tibda proċedura ta’ konstatatzzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u li dan l-Istat Membru stess illegalment astjena milli jieħu azzjoni wara talbiet ifformulati mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ kawża purament domestika u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-danni li hija sofriet minħabba dan in-nuqqas doppju.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Goldman Management Inc. tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy