Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Mejju 2010 – Ségaud vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑514/09 P)
“Appell – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Rikors għal annullament u għad-danni – Inammissibbiltà manifesta”
Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 7-10)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tad-29 ta’ Ottubru 2009, Ségaud vs Il-Kummissjoni (T‑249/09), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) ċaħdet bħala manifestament inammissibbli u totalment infondat fid-dritt ir-rikors tar-rikorrent intiż, minn naħa, għall‑annullament tad‑deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2009, li tirrifjuta li tibda, kontra r‑Repubblika Franċiża, proċedura li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni li sofra minħabba dan ir-rifjut.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
H. Ségaud għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy