Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2010 – Ivanov vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑532/09 P)
“Appell – Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali – Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ – Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”
1. Rikors għad-danni - Awtonomija mir-rikors għal annullament - Rikors intiż għall-irtirar ta’ deċiżjoni individwali li saret definittiva - Inammissibbiltà (Artikolu 235 KE) (ara l-punt 24)
2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punti 36, 37)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It‑Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009, Ivanov vs Il Kummissjoni (T-166/08) li permezz tiegħu hija ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent għall-ħlas tad-danni li huwa allegatament sofra wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li timpjegah bħala aġent lokali ta’ assistenza amministrattiva u teknika għad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Sofija - Natura awtonoma tar-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali meta mqabbel mar-rikors għal annullament - Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura - Possibbiltà ta’ invokazzjoni ex officio ta’ din ir‑regola mill-Qorti Ġenerali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
V. Ivanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy