Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2011 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-535/09 P)
“Appell – Zokkor – Determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, ta’ isoglukożju u ta’ fruttożju għall-Istati Membri l-ġodda”
1. Appell - Aggravji - Żnaturament tal-provi - Assenza - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 21-28)
2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal‑appell - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(2)) (ara l-punti 33-35)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Att ta’ Adeżjoni 2003, punt 4(2) tal-Anness IV; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 60/2004 u Nru 832/2005) (ara l-punti 44-49, 80-85, 92-95)
4. Appell - Aggravji - Ksur ta’ dispożizzjoni legali - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Att ta’ Adeżjoni 2003, punt 4(2) tal-Anness IV; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 60/2004 u Nru 832/2005) (ara l-punti 53-57)
5. Appell - Aggravji - Ksur ta’ dispożizzjoni legali - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004, inċiż (ċ) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1)) (ara l-punti 61-63)
6. Appell - Aggravji - Żnaturament tal-provi - Assenza - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 67-69)
7. Appell - Aggravji - Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Adattament tal-leġiżlazzjoni għall‑varjazzjonijiet fis-sitwazzjoni ekonomika - Impossibbiltà li tiġi invokata l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Aggravju manifestament infondat (ara l-punti 72-74)
8. Appell - Aggravji - Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 113(2)) (ara l-punti 75, 76)
9. Appell - Aggravji - Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju - Assenza (ara l-punti 88, 89)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li saret il-Qorti Ġenerali] (L‑Ewwel Awla), tat-2 ta’ Ottubru 2009, L-Estonja vs Il-Kummissjoni (T‑324/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellanti li huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU 2008, L 330M, p. 176).
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
Full & Egal Universal Law Academy