28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/57
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2010 — Menghi vs ENISA
(Kawża F-2/09) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija wara t-tmiem tal-perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku)
2010/C 234/104
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Riccardo Achille Menghi (Cagliari, l-Italja), (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: minn E. Maurage, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix ikkonfermat il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, kif ukoll talba għall-kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 55, 07.03.2009, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy