29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/59
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Fares vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-6/09) (1)
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Klassifikazzjoni fi grad - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali)
2011/C 30/112
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Soukaïna Fares (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
It-talba għal annullament tad-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tar-rikorrenti fil-grupp tal-funzjoni III, grad 8.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li biha S. Fares ġiet ikklassifikata fil-grad 8 tal-grupp tal-funzjoni III tal-membri tal-persunal bil-kuntratt, kif din id-deċiżjoni tirriżulta mill-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ S. Fares tat-28 ta’ Marzu 2008, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy