10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/22
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — A vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dannu provviżorju - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Aċċess għall-fajl individwali)
2011/C 362/34
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: A (P., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avutati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ddikjarata responsabbli għal ċerti żbalji allegatament imwettqa fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b’diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi — Min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament sostnuti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 113 16.05.09, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy