30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/77
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — de Britto Patrício-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2007 - Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti mill-perijodu ta’ riferiment)
2010/C 24/144
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jorge de Britto Patrício-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fil-konfront tad-deċiżjoni dwar l-evalwazzjoni tiegħu matul is-sena 2007.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
J. de Britto Patricio-Dias huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 90, 18.04.2009, p. 41
Full & Egal Universal Law Academy