29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/60
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
(Kawża F-23/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Ħatra ad interim ta’ uffiċjal - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Att li jakkawża preġudizzju - Konstatazzjoni ta’ invalidità - Interess ġuridiku)
2011/C 30/113
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Bank dwar il-ħatra ta’ konsulent ad interim għad-Diviżjoni OVS u għall-annullament tal-avviż ta’ post vakanti ECB/074/08, kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha adottati abbażi ta’ din tal-aħħar. Barra minn dan, it-talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ somma bl-għan li jiġi kkumpensat id-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy