22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/51
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament
(Kawża F-26/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għad-danni - Ammissibbiltà - Fastidju psikoloġiku - Dmir ta’ premura - Dannu morali)
2010/C 134/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)
Suġġett
Il-kundanna tal-Parlament li jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni mġarrba, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti
Dispożittiv
(1)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil N kumpens ta’ Eur 2 000.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ N.
(4)
N għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 153, 4.7.2009, p. 51
Full & Egal Universal Law Academy