23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/67
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Kipp vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
(Kawża F-28/09) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-persunal li japplikaw għall-impjegati tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża)
2010/C 288/125
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Michael Kipp (La Haye, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. De Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar l-impossibbiltà li ssirlu offerta ta’ impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil M. Kipp hija annullata.
(2)
Europol hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167 18.07.2009, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy