4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/60
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Settembru 2010 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 9 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Trattament ugwali)
2010/C 328/97
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Georgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) u Trevor Jones (Ernzen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti u J.-Y. Vergnaud, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li l-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fil-Lussemburgu tinġieb f’livell ekwivalenti għal dak tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji fi Brussell u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti maħruġa mill-15 ta’ Ġunju 2008.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Lebedef u T. Jones huma kkundannati għall-ispejjeż, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 129, 06.06.2009, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy