27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Lebedef u Jones vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/209 REV)
(Servizz Pubbliku - Reviżjoni ta’ sentenza - Fatt ġdid - Nuqqas - Inammissibbiltà)
2011/C 252/104
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) u Trevor Jones (Ernzen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Intervenjent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Rikors għal reviżjoni ppreżentat mir-rikorrenti kontra s-sentenza mogħtija mit-Tielet Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża F-29/09.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
Lebedef u Jones għandhom ibatu l-ispejjeż kollha.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy