27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/49
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Chaouch vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-30/09) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-installazzjoni - Stabbiliment tad-drittijiet - Bidu tas-servizz bħala uffiċjal bi prova - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ bidla ta’ residenza wara l-kuntratt permanenti - Obbligu tar-residenza ta’ uffiċjal skont l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal)
2011/C 252/105
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dhikra Chaouch (Oetrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix lir-rikorrenti l-allowance tal-installazzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ D. Chaouch huwa miċħud.
(2)
D. Chaouch tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 129, 6.6.2009, p. 21
Full & Egal Universal Law Academy